Daħħal id-dettalji tiegħek biex tirċievi aġġornamenti, inizjattivi u informazzjoni mingħand Kattoliċi Maltin.

Aqra l-aħħar artikli, aħbarijiet u riflessjonijiet dwar il-fidi Kattolika.
minn Mons Arċisqof

Mikiel isellimlek Reġina tal-Qalb
Tal-Iben ta’ Alla li bħalu m’hawn ħadd:
Imil b’herqa kbira mimlija bit-talb
Li l-għadu jintrebaħ w’għemilu jinħatt.
Mis-sema jittajjar il-kbir Gabrijel
Biex f’isem il-Għoli inewwel l-Aħbar:
U fik dlonk jitnissel il-Wild Emanuel
F’ġuf safi imbiegħed mis-semm, mill-imrar.
Isellem bil-ħerqa lil Omm il-Feddej
Rafel li fi triqtu kien kenn għal Tobija;
Ta duwa lil Tobit, ħabib il-Mulej,
U b’għożża għallimna l-wens tal-foħrija.
Sultana tal-Anġli illum inqimuk!
Reġina ta’ qalbna kuljum inberkuk!
26 ta’ Settembru, 2018