

DAK LI SE JIĠRI L-ĦAMIS FIL-BELT…
Din is-sena l-Provinċja Agostinjana Maltija qed tiċċelebra il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita li kienet ġiet ikkanonizzata mil-Papa Ljun XIII. Il-Qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser ikun il-jum tal-festa, jiġifieri il-Ħamis 22 ta’ Mejju 2025, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, li sa minn ħafna snin ilu, sservi bhala Centru Nazzjonali ta’ devozzjoni lejn Santa…

“THERE IS NOTHING LIKE CHEAP LOVE” – MONS. ARĊISQOF
Aqra l-Omelija ta’ Mons. Arċisqof li saret nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2024 f’ Santa Venera: Ġesù jagħtina għażla, imma wkoll sinjal li aħna qed nimxu warajh. Forsi naħsbu li din hi għażla faċli; imma nafu wkoll li din l-għażla li qed jitlobna Ġesù fiha wkoll id-diffikultà tagħha. “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli…

“KEMM JIEN KUNTENT LI…” – FR REUBEN
Hekk kif Mons. Arċisqof ordna lil Fr Matthew Sammut minn Pembroke bħala saċerdot Fr Reuben Micallef kiteb dwar kemm iħossu kuntent b’dak li ġara. Fr Reuben kien il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Pembroke, meta Fr Matthew daħal għall-ewwel sena fis-Seminarju lura fl-2018. Fr Reuben qal li “kemm hi ħaġa sabiħa li żgħażugħ mill-parroċċa li tkun qdejt il-ministeru…

JEĦTIEĠ LI NIPPROTEĠU L-ĦAJJA – IL-PRESIDENT EMERITU
L-E.T. Marie Louise Coleiro Preca qalet li hija tixtieq li bħalissa qed niddiskutu kif nistgħu nipproteġu iżjed il-ħajja mhux kif se ndaħħlu l-Ewtanażja. Il-President Emeritu saħqet li qabel ma nitkellmu dwar l-Ewtanażja għandna nitkellmu dwar il-Kura Paljattiva li f’pajjiżna “għadha lura.” Hija innotata kif l-avvanzi fil-Kura Paljattiva madwar id-dinja huma kbar imma li Malta trid…

IT-TOBBA MALTIN: KURA PALJATTIVA MHUX L-EWTANAŻJA
It-Tobba Maltin permezz tal-Union Maltija għat-Tobba (MAM) esprimew n-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-proposti riċenti dwar l-introduzzjoni tal-ewtanażja f’Malta. It-tobba elenkaw diversi punti ta’ tħassib, fosthom l-effett negattiv li l-legalizzazzjoni tal-ewtanażja kellha fuq il-kura paljattiva f’pajjiżi oħra. L-evidenza turi li pajjiżi li adottaw l-ewtanażja raw tnaqqis kbir fil-kwalità u l-investiment fil-kura paljattiva. Il-Belġju, pajjiż ewropew, li…

ARA: X’QAL L-ARĊISOQF LILL-QASSISIN IL-ĠODDA?
Johann, Matthew, u Shawn, enjoy the moment, gawduh dan il-mument taċ-ċapċipa għax għadna fil-bidu. Nixtieqkom li fil-qalb tagħkom jitnaqqax il-kliem tal-Kelma ta’ Alla li smajna llum. Jiena u nitlob fuq din il-Kelma ta’ Alla, laqtitni espressjoni sabiħa, imma qawwija ħafna: “Isejħulhom ballut tas-sewwa mħawla mill-Mulej għal foħritu”. “They will be called oaks of righteousness, the planting of…

3 SAĊERDOTI ĠODDA
Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda nhar is‑Sibt, 17 ta’ Mejju 2025. L‑Arċisqof Charles Scicluna se jordna saċerdoti lil: Rev. Matthew Sammut mill‑Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke; Rev. Johan Bugeja, Salesjan ta’ Don Bosco; u Rev. Tian Ci Shawn Dominic Wong, seminarist tal-Istitut għall-Evanġelizzazzjoni tad-Dinja – ICPE. Il‑quddiesa tal‑ordinazzjoni se ssir fil‑Konkatidral ta’ San…

ARA X’KIENU L-AĦĦAR KELMIET TAL-PAPA FUQ ID-DIFIŻA…
Nhar il-Ħadd fl-aħħar messaġġ tiegħu fil-pubbliku l-Papa Franġisku qal dan li ġej: “Ebda paċi mhi possibbli mingħajr diżarm serju! Il-ħtieġa li kull poplu jinvesti fid-difiża tiegħu ma tistax tinbidel f’tellieqa ġenerali għal aktar armamenti. Jalla d-dawl tal-Għid jixprunana biex inwaqqgħu l-barrieri li joħolqu firda u huma miżgħuda b’konsegwenzi politiċi u ekonomiċi. Jixprunana biex nieħdu ħsieb…

BĦALISSA: L-ARĊISQOF FIT-TRIQ GĦALL-RUMA
L‑Arċisqof Charles Scicluna llum iħalli Malta sabiex għada s‑Sibt, 26 ta’ April 2025, jieħu sehem fil‑quddiesa tal‑funeral tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, li se ssir fl-10am fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Il-Paġna “Kattoliċi Maltin” se tkun qed ixxandar b’mod dirett il-Funeral tal-Papa grazzi għall-Vatican Media. L‑Arċisqof Scicluna se jirrappreżenta l‑Konferenza Episkopali Maltija u se jingħaqad flimkien…

PROGRAMM: 62 SENA MILL-INKURUNAZZJONI TA’ SAN ĠUŻEPP TAR-RABAT
Dan huwa l-Programm tat-Tifkira tat-62 sena mill-Inkurunazzjoni Solenni tal-Vara Devota, Antika u Mirakoluża ta’ San Ġużepp, meqjuma b’għożża kbira ġewwa s-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, Knisja Santa Marija ta’ Ġesù – Patrijiet Franġiskani – Rabat Il-Ħamis 1 ta’ Mejju 2025 – Jum it-Tifkira u San Ġużepp Ħaddiem 8:30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mexxi r-Rev. Patri Clive Camilleri…
- 1
- 2