Hekk kif Mons. Arċisqof ordna lil Fr Matthew Sammut minn Pembroke bħala saċerdot Fr Reuben Micallef kiteb dwar kemm iħossu kuntent b’dak li ġara.
Fr Reuben kien il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Pembroke, meta Fr Matthew daħal għall-ewwel sena fis-Seminarju lura fl-2018.
Fr Reuben qal li “kemm hi ħaġa sabiħa li żgħażugħ mill-parroċċa li tkun qdejt il-ministeru fiħ jirċievi l-Ordni Sagri.”
Huwa ħeġġeġ lin-nies jitolbu għal dan is-saċerdot novell biex ikun saċerdot skont il-Qalb ta’ Alla u ħeġġeġ in-nies tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li llum huwa l-Kappillan tagħha, biex jitolbu ħalli fiha ikun hemm żgħażagħ ġenerużi li jwieġbu għas-sejħa tal-Mulej Ġesu’.
Jekk għoġbitek din l-Istorja, Agħfas Share