L-Arċisqof Charles Scicluna ħalla dan il-messaġġ fil-ktieb tal-kondoljanzi tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, li jinsab fin-Nunzjatura Appostolika għal Malta f’Tal-Virtù, ir-Rabat:

Traduzzjoni bil-Malti:
“Miserando atque eligendo (Għax ħenn għalih, għażlu)
B’dawn il-kliem tal-Venerabbli Beda, il-Papa Franġisku fakkarna li s-sejħa tal-Mulej hija msejsa fuq l-esperjenza tal-ħniena tiegħu. Huwa għallimna, bi kliemu u b’għemilu, l-istil tal-Evanġelju: li nkunu qrib xulxin, it-tenerezza u l-kompassjoni. Nirringrazzjaw lill-Mulej għad-don ta’ ragħaj fidil, għaref, umli u b’saħħtu! Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Bħal-Arċisqof, il-pubbliku jista’ jħalli l-messaġġi tiegħu sa nhar il-Ħamis 24 ta’ April 2025 bejn l-10am u 12:30pm, u t-3pm u l-5:30pm.

Sors: Arċidjoċesi ta’ Malta