Ir-rit tal-għeluq tat-tebut tal-Papa Franġisku se jsir illejla l-Ġimgħa, 25 ta’ April, fis-20:00 fil-Bażilika ta’ San Pietru.
Kif previst fl-Ordo Exsequiarum Romani Pontificis – dan ir-rit se jkun ppresedut mill-Kardinal Kevin Joseph Farrell, il-Kamerlengo tal-knisja Rumana.
Is-Sibt 26 ta’ April, wara l-Quddiesa funerarja, il-fdalijiet tal-Papa se jiġu akkumpanjati lejn il-Bażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore għad-difna. Dan ir-rit se jkun ukoll presedut mill-Kamerlengo.
Kompli segwi Kattoliċi Maltin għal aħħar aġġornamenti dwar il-Funeral tal-Papa.