MIN SE JILQA’ T-TEBUT TAL-PAPA F’SANTA MARIA MAGGIORE?

«Nixtieq Knisja Fqira għall-Foqra», hekk qal Papa Franġisku wara l-ħatra tiegħu fl-2013.

Hekk kif jinsab fl-aħħar tal-vjaġġ tiegħu f’din d-dinja, se jkunu proprju l-foqra li jilqgħuh fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, fejn hu stess għażel li jindifen. Fi stqarrija l-Vatikan fakkar li l-foqra kienu fil-qalba tal-missjoni u l-Maġisteru tal-Papa Franġġisku. Tajjeb li wieħed ma jiansiex uroll li l-Papa għażel l-isem “Franġisku” biex qatt ma jinsa lill-foqra.

Fil-Bażilika ta’ San Pietru, eluf kbar ta’ nies qed jagħtuh l-aħħar tislima. Fl-istess ħin, il-Kardinali qed jiltaqgħu f’kongregazzjonijiet biex iħejju għall-konklavi.

Nhar il-Ġimgħa l-funeral se jsir fi Pjazza San Pietru, mmexxi mill-Kardinal Giovanni Battista Re. Wara r-rit tal-funeral, it-tebut se tiġi trasportat bil-mod lejn Santa Marija Maggiore, fejn se ssir id-dfina fil-privat. 

Kompli segwi Kattoliċi Maltin għal aħħar aġġornamenti dwar il-Funeral tal-Papa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Back To Top