ARA: IL-LAPIDA TAL-QABAR TA’ PAPA

“Il-qabar għandu jkun fl-art; sempliċi, mingħajr tiżjin partikolari u bl-uniċi kliem ikunu: Franciscus”.

Hekk kiteb il-Papa Franġisku fit-testment tiegħu dwar il-post fejn jixtieq jindifen. U propju illum, il-Ħamis 24 ta’ April, l-Uffiċju Stampa tas-Santa Sede ħarġet l-ewwel immaġni tal-qabar ippreparat għad-difna tiegħu fil-Basilika ta’ Santa Maria Maggiore.

L-Istqarrija tgħin li l-qabar inħadem minn irħam li ġej mil-Liguria bl-uniċi kliem ikunu “FRANCISCUS”. Il-Lapida għandha ukoll reproduzzjoni tas-salib li l-Papa kien jilbes fuq sidru.

Kompli segwi Kattoliċi Maltin għall-Aħħar Aġġornamenti dwar il-Funeral tal-Papa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Back To Top