L‑Arċisqof Charles Scicluna llum iħalli Malta sabiex għada s‑Sibt, 26 ta’ April 2025, jieħu sehem fil‑quddiesa tal‑funeral tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, li se ssir fl-10am fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
Il-Paġna “Kattoliċi Maltin” se tkun qed ixxandar b’mod dirett il-Funeral tal-Papa grazzi għall-Vatican Media.
L‑Arċisqof Scicluna se jirrappreżenta l‑Konferenza Episkopali Maltija u se jingħaqad flimkien ma’ patrijarki, kardinali, arċisqfijiet, isqfijiet u saċerdoti oħra mid-dinja kollha li huma mistiedna jikkonċelebraw f’din iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija.
Il‑quddiesa tal‑funeral tal‑Papa Franġisku se tkun ippreseduta mill‑Kardinal Giovanni Battista Re, id‑Dekan tal‑Kulleġġ tal‑Kardinali.
Agħfas Share ✅
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta