ARA: X'inhu jiġri wara l‑vandaliżmu f'Međugorje...
Id-dawl jirbaħ fuq id-dlam!
Kattoliċi Maltin
4 min qari

Ġurnata ta' Niket f'Međugorje
Illum bosta kienu dawk li għaddew kummenti ta' niket u qtiegħ il-qalb hekk kif fuq is-social media iċċirkolaw bosta ritratti u filmati tal-istatwa ta' Marija imvandalizzata u filmat ta' individwu qed iqabbad il-presbiterju ġewwa Međugorje.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.
It-Tajjeb akbar mil-ħażin
Bosta qed jistgħaġbu iżda b'kemm nies qed jagħtu daqqa t'id biex dan il-post ta' pellegrinaġġ jerġa' lura għan-normal. Ħafna qed jgħinu fir-restawr mill-ġdid tal-knisja wara d-deżakrazzjoni kif jidher f'dan il-filmat:
Dan il-weekend, ukoll ġewwa Međugorje għandu jsir l-International World Youth Day fejn madwar 300,000 żgħażugħ u żgħażugħa minn madwar id-dinja kollha huma mistennija jattendu. Din il-Youth Day hija rinomata għal kjus ma jispiċċaw qatt ta' qrar, li jissorprendu lil kull min jarahom. Huwa previst li din is-sena se jkun hemm attendenza akbar mis-snin passati hekk kif dawn l-atti deżakratorji qed iħeġġu lil bosta iżjed fil-fidi.
Kemm qal tajjeb l-Evanġelista Ġwanni meta kiteb:
"Id-dawl jiddi fid-dlam, u d-dlam ma għelbux."
(Ġwanni 1:5)
Talba ta' Riparazzjoni
Inħeġġuk titlob din it-talba bħala riparazzjoni għal dak li ġara:
Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesú Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-Isem ta’ Ġesú .
Imbierka l-Qalb Imqaddsa tiegħu.
Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesú fis-Santissmu Sagrament ta’ l-artal.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira Omm Alla, Marija Santissma.
Imbierka l-Imqaddsa u Immakulta Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-Tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-Isem ta’ Marija, Verġni u Omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
