Dawn ix‑xeni “ma jagħmlu ġieħ" lil Ħadd - L‑Arċisqof
L-Arċisqof dwar l-attivita' marbuta mat-Taraġ ta' Ġieżu fil-Belt.
Kattoliċi Maltin
2 min qari

L-Arċisqof Charles Scicluna tkellem dwar il-kontroversji marbuta mat-taraġ tal-knisja tal-Patrijiet Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta. Dan wara li ġew żvelati ritratti u filmati ta’ żfin burlesque li sar fuq it-taraġ li jagħti għall-knisja.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.
Waqt intervent fil-programm Għal Kulħadd fuq RTK103, ippreżentat minn Christine Delicata, l-Arċisqof qal li l-Belt Valletta jistħoqqilha ħafna aħjar, partikolarment bħala sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.
“Ma nemminx li l-Belt jistħoqqilha dan il-burdell,” qal l-Arċisqof, filwaqt li żied li dawn ix-xeni “ma jagħmlux ġieħ lil min jagħmilhom, lil min jarahom u lanqas lil min isejħilhom sinjal ta’ progress”.
Huwa sostna li din mhix biss kwistjoni ta’ rispett lejn il-knejjes, iżda wkoll ta’ dinjità lejn il-persuni u lejn l-ambjent tal-Belt.
Fid-dawl ta' kummenti minn residenti li qalu li mhux l-ewwel daba li ma setgħux jisimgħu Quddiesa bil-kwiet f'din il-knisja minħabba l-istorbju li jmun hemm barra, Mons. Arċisqof appella għas-sens komun, għall-koperazzjoni bejn l-entitajiet responsabbli u għall-infurzar tal-liġi, sabiex id-dritt tal-libertà tal-qima ikun rispettat fil-prattika u mhux biss fuq il-karta.
Ara x'qal aktar f'din l-Intervista Mons. Arċisqof hawnhekk.
Segwi l-aħħar żviluppi u kif tista' tgħin il-Patrijiet ta' Ġieżu hawnhekk.
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
