Devozzjoni lejn San Ġorġ fil‑Gwatemala
Kattoliċi Maltin
4 min qari

Fil-Gwatemala, pajjiż ċkejken fl-Amerika Ċentrali, s'issa għad mhemmx is-Soċjetà tal-MUSEUM. Imma matul il-ġimgħa li għaddiet, is-Superjur Ġenerali tal-MUSEUM Roberto Zammit u l-Assistent tiegħu Joseph Gauci, żaru l-Parroċċa ta’ Santo Hermano Pedro, f’Puerto Barrios, immexxija mill-Kappillan Dun Anton Grech, saċerdot missjunarju minn Għawdex.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

F'din il-parroċċa hemm devozzjoni ħajja lejn San Ġorġ Preca, b’mod partikolari, minn grupp ta’ nisa li waqqfu l-grupp Comunidad San Jorge Preca biex jippromwovu d-devozzjoni San Ġorġ Preca.

Nhar is-Sibt li għadda, waqt seminar ta’ nofstanhar għall-katekisti, is-Superjur Ġenerali qasam mal-parteċipanti riflessjoni dwar l-ispirtwalità ta’ San Ġorġ Preca u kif din tista’ tkun ta’ ispirazzjoni għall-katekisti fl-irwol tagħhom. L-għada, waqt festival maż-żgħażagħ tal-parroċċa, saret preżentazzjoni qasira dwar is-Soċjetà tal-MUSEUM.

Dan kollu biex Ġesù jkun magħruf u maħbub!
Kitba: Robert Aloisio
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
