Aħbarijiet · 28 ta' Lulju 2026

Iċċelebrata l‑Festa ta’ San Kalċidonju fil‑Kurja

Quddiesa għall-Impjegati

Kattoliċi Maltin

Kattoliċi Maltin

2 min qari

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Kalċidonju fil-Kurja
SOSTNI MEDIA KATTOLIKA
Irreklama hawnhekk
KELLIMNA HAWN

Fil-festa ta’ San Kalċidonju, l-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof inġabru għal quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u konċelebrata minn għadd ta' saċerdoti oħra li jaħdmu l-Kurja.

Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

Ian Noel Pace

Waqt il-quddiesa, l-Isqof fakkar li San Kalċidonju, li ta ħajtu bħala martri, jurina l-valur tal-fidi u l-qawwa tal-grazzja ta’ Alla li tagħtina l-kuraġġ biex nibqgħu sodi. Fakkar ukoll li aħna msejħin nagħtu xhieda għal Ġesù fl-għażliet tal-ħajja ta' kuljum u fl-okkażjonijiet ordinarji, u li l-istess Ġesù li għalih San Kalċidonju ta ħajtu jibqa' preżenti fl-Ewkaristija.

Wara l-quddiesa, l-impjegati kellhom l-opportunità jsiru jafu aktar dwar il-pittura ta’ San Ġwann il-Battista u San Pawl, li dan l-aħħar ġiet restawrata minn Amy Sciberras u t-tim tagħha, u li tqiegħdet lura f'postha fil-kappella ftit tal-jiem ilu.

Ian Noel Pace

Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...

“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu

SOSTNI MEDIA KATTOLIKA
Irreklama hawnhekk
KELLIMNA HAWN
Abbona b'xejnKattoliċi Maltin
Ibqa' aġġornat/a

Irċievi l-aħħar aħbarijiet direttament

Ħalli d-dettalji tiegħek u nibagħtulek l-artikli l-ġodda bl-email.

Id-dettalji tiegħek jinżammu b'mod sigur, ma jinbiegħu jew jinqasmu ma' ħadd, u jintużaw biss biex nibagħtulek l-aħbarijiet tagħna (GDPR). Aqra iktar dwar kif nipproteġu d-dejta tiegħek fil- Privacy Policy.