Il‑Badessa tal‑Birgu tħalli din id‑Dinja
Tistrieħ fis-Sliem
Kattoliċi Maltin
4 min qari

Suor Maria Tiralongo, il-Badessa tal Monasteru Benedittin ta' Santa Skolastika tal-Birgu, għaddiet għal ħajja ta' dejjem fl-eta' venerabbli ta' 97 sena.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

F'kumment li kienet tat dwar il-Ħajja Klawstrali hija qalet li "Is-sabiħ tal-ħajja tagħna huwa li aħna magħqudin flimkien, li ninħabbu ħafna bejnietna u nitlobu flimkien. Ir-rikreazzjoni u l-ferħ tagħna naqsmuhom flimkien ukoll. Dan ma jfissirx li m'għandniex il-problemi tagħna. Kulħadd għandu l-problemi tiegħu, imma b'dawn il-problemi aħna nkomplu ningħaqdu flimkien"

Suor Maria daħlet soru tal-Klawsura fl-eta' ta' 20 sena u kienet magħrufa għad-devozzjoni, perseveranza u sodezza tagħha u bħalissa fil-Monasteru hemm 10 sorijiet.

Iżommu lilha u lil Monasteru fit-talb tagħna.
Agħtiha O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem.
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
