Iż‑Żgħażagħ taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet iżuru lill‑Arċisqof
Kattoliċi Maltin
3 min qari

Waqt il-quddiesa tal-Ħadd, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li, qabel il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, Ġesù kien għadu kif irċieva l-aħbar traġika tal-mewt ta’ San Ġwann Battista. Minkejja d-dulur quddiem l-inġustizzja, l-arroganza u l-vjolenza ta’ Erodi, baqa’ jieħu ħsieb in-nies u fakkar li aħna wkoll imsejħin inkunu ta’ wens għal xulxin.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.

L-Arċisqof żied li "aħna ħafna drabi ngergru fuq il-faqar u l-ġuħ li hawn fid-dinja, imma donnu ninsew li l-Mulej ħalla f’idejna r-responsabbiltà li l-ġid tal-art jitqassam b’mod ġust." Aħna wkoll mistednin "nirrispondu għall-ġuħ mhux biss tal-ħobż, imma wkoll tal-imħabba, tal-fejqan u tas-solidarjetà."

Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata minn Dun James Saydon, Viċi Direttur tas-Seminarju, u għaliha attendew żgħażagħ li jattendu ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet.
Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet joffri diversi opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna biex isiru jafu Alla x’jixtieq minnhom fil-ħajja tagħhom.
L-Arċisqof ħeġġeġ lil dawn iż-żgħażagħ biex iwieġbu b’qalb ġeneruża għas-sejħat li Alla jagħmel fil-ħajja tagħhom.
Jekk tixtieq tibda tattendi attivitajiet vokazzjonali kellimna fuq WhatsApp fuq 79963200
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
