Jum ta' Devozzjoni lejn San Ġużepp fir‑Rabat
Agħfas Hawn u Ikteb Artiklu int ukollArċikonfraternita' ta' San Ġużepp, Rabat
2 min qari
Jum ta’ Devozzjoni lejn San Ġużepp fir-Rabat
Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Awwissu 2026, fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat, l-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp, ser tkun qed tiċċelebra Jum ta’ Devozzjoni lejn San Ġużepp.
Il-programm jibda filgħodu b’żewġ quddies, fis-6:30am u fis-7:30am din tkun imxandra fuq Radju Marija. Fid-9:45am issir adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat, bħala mument ta’ talb u riflessjoni għad-devoti kollha.
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.
Fil-11:00am tiġi ċċelebrata quddiesa mill-E.T. Mons. Sandro Overend Rigillo OFM, Isqof ta’ Benghazi. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni ssir ukoll it-talba tas-Supplika lil San Ġużepp, fejn kulħadd jkunu mistiedna jafda l-bżonnijiet personali tiegħu, tal-familji u tal-Knisja fi ħdan Alla bl-interċessjoni ta' San Ġużepp.
Il-programm ikompli filgħaxija. Fil-5:30pm jingħad ir-Rużarju, il-Kurunella u talb ieħor ta’ devozzjoni lil San Ġużepp, filwaqt li fis-6:00pm tiġi ċċelebrata quddiesa kantata minn Patri Stephen Magro OFM, Vigarju Provinċjal, tal-Patrijiet Franġiskani.
Din il-ġurnata għandha tkun okkażjoni speċjali ta’ talb, devozzjoni u tiġdid spiritwali taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp, li fil-qalb tal-poplu Nisrani jibqa’ meqjum bħala mudell ta’ fidi, umiltà, xogħol u mħabba lejn il-familja.
Il-pubbliku kollu huwa mistieden jattendi u jieħu sehem f’din il-ġurnata ta’ devozzjoni.
Ta’ min jinnota li s-Santwarju u l-knisja jkunu magħluqa bejn 12:00pm u l-4:30pm.
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu

