“Il‑knisja kienet vojta u l‑ħwienet mimlijin”
Ara x’agħmel il-Kurat t’Ars…
Kattoliċi Maltin
3 min qari

Illum il-Knisja tiċċelebra l-festa ta' San Ġwann Maria Vianney, magħruf bħala l-kurat ta' Ars. San Ġwann jingħad li minkejja li għall-istudju ma' tantx kien tajjeb, però kellu xewqa kbira ħafna li jsir saċerdot. Il-Mulej tah il-grazzja li jasal biex jiġi ordnat. Is-superjuri tiegħu ħasbu li minħabba l-limitazzjonijiet kbar tiegħu bħala għerf, setgħu jibgħatuh ġo raħal żgħir. Appuntu r-raħal ta' Ars (Franza). Fiż-żmien li wasal fih, dan ir-raħal kien f'sitwazzjoni spiritwali ta' telqa kbira. Il-knisja kienet tkun aktar vojta milli mimlija, filwaqt li l-ħwienet tax-xorb, eċċ kienu jkunu miżgħuda bin-nies. U San Ġwann Maria Vianney x'għamel? Qatà qalbu? Ħadem kif setà?
Ibqa' aġġornat/a bl-aħbarijiet il-ġodda bl-email.
Ħafna minna jista jkun li jafu l-istorja tiegħu, imma tajjeb li nfakkruha. San Ġwann Maria beda ħidma ma' taqta xejn. Kien kappillan dedikat u b'qalb pastorali kbira. Huwa fatt magħruf li kien jagħmel ħafna penitenzi (fost oħrajn kien jiekol biss ftit patata, u kien jorqod biss ftit siegħat), kien idum iqarar siegħat twal. Apparti l-ħin twil ta' talb li kien iqatta.
Ars beda jinbidel. Il-grazzja t'Alla bdiet taħdem fil-qlub tan-nies, tant li r-raħal inbidel mill-lejl għan-nhar. Sar raħal attiv pastoralment, u l-maġġoranza kbira tan-nies reġgħu lura lejn Alla u l'knisja. Il-folol ta' nies li kienu jmorru għand San Ġwann Maria, kien ikun bla għadd. Siegħat u siegħat ta' qrar, jisma l'qlub ta' tant nies li kellhom bżonn kelma ta' faraġ, ta' għajnuna, ta' kuraġġ. Tant nies li grazzi għal dan is-saċerdot qaddis, reġgħu sabu lil Alla f'ħajjithom.
Huwa magħruf ukoll kemm dan il-qaddis kien jiġi mġarrab mix-xitan, tant li darba sa' ħaraqlu s-sodda, għaliex ma' kienx jiflaħ jara lil dan is-saċerdot jaħdem b'tant ħeġġa biex jirbaħ l-erwieħ għal Alla.
Wara mewtu, l-knisja maż-żmien għarfet il-qdusija kbira tiegħu, u waslet biex mhux biss għamlitu qaddis, imma għamlitu wkoll protettur tas-saċerdoti. Tajjeb għalhekk li f'dan il-jum naħsbu ftit u nitolbu għal bżonnijiet tas-saċerdoti tagħna. J’Alla l-Mulej u Ommna Marija jkomplu jbierku l-ħidma tagħhom, u jimlewhom b'ħeġġa kbira għal erwieħ, biex ikomplu jmexxu l-merħla fdata f'idejhom, kif mexxiha tant tajjeb San Ġwann Maria Vianney.
San Ġwann Maria Vianney itlob għalihom u għalina. Ammen.
Agħmel Il-Ġid, Ixxerja dan l-Artiklu...
“Morru fid-dinja kollha u xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu.” — Ġesù Kristu
