
IL-FUNERAL TAL-PAPA: IS-SIBT FL-10AM
L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabbar li l-funeral tal-Papa Franġisku se jsir nhar is-Sibt li ġej, 26 ta’ April fl-10am fi Pjazza San Pietru. Il-Kardinal Giovanni Battista Re, id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, se jippresiedi l-quddiesa, li fiha se jikkoncelebraw patrijarki, kardinali, arċisqfijiet, isqfijiet u saċerdoti minn madwar id-dinja. Iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika se tispiċċa bl-Ultima commendatio u l-Valedictio, li jimmarkaw…