Din is-sena l-Provinċja Agostinjana Maltija qed tiċċelebra il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita li kienet ġiet ikkanonizzata mil-Papa Ljun XIII. Il-Qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ser ikun il-jum tal-festa, jiġifieri il-Ħamis 22 ta’ Mejju 2025, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, li sa minn ħafna snin ilu, sservi bhala Centru Nazzjonali ta’ devozzjoni lejn Santa Rita.
Il-Ħamis, fil-5.30pm ser issir Quddiesa Solenni preseduta mill-E. T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, flimkien mal-aħwa Agostinjani. Wara jibda pellegrinaġġ Nazzjonali mmexxi mill-W. R. P. Leslie Gatt O.S.A. Pirjol Provinċjali, bis-sehem tal-Familja Agostinjana u tal-fratellanzi tal-Madonna taċ-Ċintura, animat bi ħsibijiet u talb mill-membri tal-Fraternità Agostinjana Sekulari. Il-Pellegrinaġġ jagħmel żewġ waqfiet: quddiem il-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani ta’ Ħajja Kontemplattiva, u quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn issir talba mis-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesu u Marija.
Waqt il-Pellegrinaġġ Il-Familja Agostinjana ser tagħmel talb speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja u partikolarment għall-missjoni tal-Papa Ljun XIV biex il-Mulej iħarsu fis-servizz ġdid tiegħu lill-Knisja u lid-dinja.
Ikteb it-talba tiegħek lil Santa Rita fil-kummenti
Il-Paġna ta’ Facebook ta’ Kattoliċi Maltin tilħaq aktar minn 200,000 account individwali fix-xahar.
Jekk tixtieqna nġibu l-aħbar tiegħek jew tikollabora magħna kellimna fuq 79963200.
Agħfas Share biex ħaddieħor ukoll jattendi.
Ritratt: Sebio Aquilina 2017