It-Tobba Maltin permezz tal-Union Maltija għat-Tobba (MAM) esprimew n-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-proposti riċenti dwar l-introduzzjoni tal-ewtanażja f’Malta.
It-tobba elenkaw diversi punti ta’ tħassib, fosthom l-effett negattiv li l-legalizzazzjoni tal-ewtanażja kellha fuq il-kura paljattiva f’pajjiżi oħra.
L-evidenza turi li pajjiżi li adottaw l-ewtanażja raw tnaqqis kbir fil-kwalità u l-investiment fil-kura paljattiva.
Il-Belġju, pajjiż ewropew, li kien jikklasssifika fil-ħames post għall-kwalità tal-kura paljattiva mar lura għas-26 post.
Il-Kanada marret lura b’għaxar postijiet, u New Zealand marret lura b’disa’.
It-tobba qalu li huma jħeġġu “lill-Gvern jagħti prijorità lill-kura paljattiva bħala emerġenza nazzjonali tas-saħħa qabel ma jiftaħ il-bieb għall-mewt assistita. Is-sistema kif inhi bħalissa mhix etika, klinika, jew operattivament ippreparata għal dan il-pass. Ejja l-ewwel niżguraw li ħadd ma jagħżel li jmut għax fallejna li ngħinuh jgħix b’dinjità,” temmew jgħidu t-tobba.
Aqra l-Istqarrija sħiħa hawnhekk, bl-informazzjoni kollha HAWNHEKK
Jekk taqbel mal-Union tat-Tobba, Agħfas Share