JEĦTIEĠ LI NIPPROTEĠU L-ĦAJJA – IL-PRESIDENT EMERITU

L-E.T. Marie Louise Coleiro Preca qalet li hija tixtieq li bħalissa qed niddiskutu kif nistgħu nipproteġu iżjed il-ħajja mhux kif se ndaħħlu l-Ewtanażja.

Il-President Emeritu saħqet li qabel ma nitkellmu dwar l-Ewtanażja għandna nitkellmu dwar il-Kura Paljattiva li f’pajjiżna “għadha lura.” Hija innotata kif l-avvanzi fil-Kura Paljattiva madwar id-dinja huma kbar imma li Malta trid tagħmel iżjed f’dan ir-rigward.

Dwar il-Konsultazzjoni Pubblika li beda l-Gvern l-E.T. il-President Emeritu qalet li xagħrejn konsultazzjoni bi tlett laqgħat pubbliċi biss “mhijiex konsultazzjoni vera.

“Hawn qed nitkellmu kif se tittermina l-ħajja!” qalet il-President.

“Jien kulħadd jaf minn fejn jiena ġejja u l-appell tiegħi huwa li nikkonsultaw bis-serjeta’!”

“U jien s’issa mhux nipressjona ruħha.” Temmiet tgħid il-President.

ARA: siltiet minn dak li qalet Marie-Louise Coleiro Preca f’dan il-filmat:

Jekk taqbel mal-President, Agħfas Share

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Back To Top