ARA X’KIENU L-AĦĦAR KELMIET TAL-PAPA FUQ ID-DIFIŻA…

Nhar il-Ħadd fl-aħħar messaġġ tiegħu fil-pubbliku l-Papa Franġisku qal dan li ġej:

“Ebda paċi mhi possibbli mingħajr diżarm serju! Il-ħtieġa li kull poplu jinvesti fid-difiża tiegħu ma tistax tinbidel f’tellieqa ġenerali għal aktar armamenti. Jalla d-dawl tal-Għid jixprunana biex inwaqqgħu l-barrieri li joħolqu firda u huma miżgħuda b’konsegwenzi politiċi u ekonomiċi. Jixprunana biex nieħdu ħsieb xulxin u biex inseddqu s-solidarjetà reċiproka, biex nimpenjaw ruħna favur svilupp integrali ta’ kull persuna umana.”

“Nagħmel appell lil kulmin fid-dinja għandu responsabbiltà politika biex ma jaqax għal-loġika tal-biża li tagħlaq, imma juża r-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu biex jgħin lil min hu fil-bżonn, jiġġieled il-ġuħ u jiffavorixxi inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp. Dawn huma “l-armi” tal-paċi: dawk li jibnu l-ġejjieni u mhux jiżirgħu l-mewt!”

Kompli segwi Kattoliċi Maltin għall-aħħar aġġornamenti mill-Knisja
Ritratti: Vatican News

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Back To Top