Ara x’ktieb il-Psikologu Nicholas Briffa dwar il-Papa Franġisku u l-Prim Ministru Israeljan Netanyahu:
“F’nofs dawn il-kliem ta’ ġieħ u l-eloġji kollha (uħud minnhom veri oħrajn ipokriti), hemm ukoll xi ħadd li ma qalx kelma waħda ta’ kondoljanzi għall-Papa Franġisku: il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.
La post jew messaġġ. La nota ċkejkna. La skrittura ta’ korteżija. L-anqas biss ħsieb ċkejken. Xejn. Tal-inqas s’issa ħa ngħidu hekk.
Fil-fehma tiegħi r-raġuni hija relattivament sempliċi u tgħid ħafna aktar dwar il-Papa Franġisku milli dwar Benjamin Netanyahu.
Għax Franġisku f’dawn is-snin kollha, kuntrarjament għal kważi l-politika internazzjonali kollha, qatt ma waqaf jew beża’ jiddefinixxi l-bumbardamenti ta’ Iżrael fuq iċ-ċivili ta’ Gaża bħala “immorali”.
Bħal ma nafu ġiet imnedija investigazzjonijiet uffiċjali biex tevalwa l-ipoteżi tal-ġenoċidju. Li għal Franġisku kienet ħafna aktar minn ipoteżi.
Kien l-ewwel Papa li rrikonoxxa uffiċjalment l-Istat tal-Palestina fl-2015, u indika triq li riedu jsegwu kapijiet ta’ stat oħra.
Kemm għal min jemmen u kemm għal min ma jemminx – Franġisku tassew uriena l-wiċċ ħanin u ġust ta’ Ġesù.
Quddiem Papa bħal dan, affaċċjati ma’ dan il-ġgant ta’ żmienna, xi ħadd bħal Benjamin Netanyahu, xi ħadd li għandu fuq rasu mandat pendenti ta’ arrest internazzjonali għal delitti tal-gwerra, jista’ jagħmel ħaġa waħda biss…..
….. JISKOT.”
Jekk taqbel ma’ Nicholas Briffa għidilna għalfejn fil-kummenti u ixxerjah.